Kirkop UTD FC
Club History

Il-Bidu kien ezatt ma' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fejn is-servizzi Inglizi stazzjonaw sew fl-inhawi vicin ta' Hal-Luqa u Hal-Safi, u wiehed seta' jinnota l-facilitajiet sportivi li kellhom.


Kien f'dan il-perjodu li s-Sur Clement Farrugia u huh Carmelo wettqu l-ewwel pass fejn sforz l-interess taghhom irnexxielhom jigbru grupp ta' zghazagh bit-tama li jwaqqfu ufficjalment l-ewwel club. Fis-snin ta' wara l-gwerra t-team ftit kien fl-azzjoni kompetittiva sakemm fuq inizjattiva tal-fundatur is-Sur Clement Farrugia (ritratt), fl-1956 il-club gie affiljat mal-Malta Amateur Football Association.


Fi tmiem is-sena 1956 giet approvata mill-kunsill tal-M.F.A. l-affiljazzjoni ta' Kirkop F.C. L-ewwel stagun kien dak 1957-58 fejn fl-ewwel stagun fit-Tielet Divizjoni it-tim kiseb zewg rebhiet kontra Qrendi F.C.(1-0) u kontra Zejtun Corinthians (2-0). It-tim spicca f'nofs il-klassifika. Fiz-zewg staguni ta' wara il-pozizzjoni tat-tim tjiebet hafna u fl-istagun 1961-62 minkejja li t-tim kiseb 10 punti spicca f'decider ma St.John F.C. ghal min jitlef postu fi hdan l-M.F.A. Kirkop tilfu l-partita deciziva bir-rizultat li bejn l-istagun 1962-63 u l-istagun 1969-70 it-tim mill-gdid ikkompeta fi hdan il-M.A.F.A. Kienu zminijiet fejn il-klabb varja minn Kirkop Stars ghal Kirkop United F.C.


Hawnhekk wiehed irid isemmi l-interess li kiber fi hdan il-youths fejn filwaqt li fl-istagun 1969-70 il-club rebah il-kampjonat tal-youths, fl-istagun 1971-72 spicca fit-tieni post wara Valletta Knights. Fl-istagun 1973-74 is-sezzjoni tal-youths giet merbuha b'mod inkoragganti fejn it-tim tilef partita wahda biss.

Founded 1956



Fl-istagun 1983-84 il-klabb kiseb ghall-ewwel darba fl-istorja tieghu il-promozzjoni ghat-tieni divizjoni fejn dam jikkompeti ghal-tliet staguni konsekuttivi sal-istagun 1986-87 fejn f'dan l-istagun spicca relegat.


Fl-istagun 1989-90 it-tim ta' Kirkop United F.C. rega rebah il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni fejn dan kien stagun memorabbli ghall-klabb taghna. It-tim fil-kampjonat rebah tlettax il-loghba u tilef wahda, rebah il-Mosta tournament, Dr.J.Mifsud Cup u sar Champion tat-Tielet Divizjoni.


Fl-istagun 1991-92 it-tim rega gie relegat ghat-Tielet divizjoni pero it-tim ma tantx dam ma rega kiseb il-promozzjoni ghaliex fl-istagun 1992-93 it-tim rega gie promoss. Wara li t-tim rega gie relegat ghat-tielet divizjoni, it-tim baqa dejjem kompetittiv u ghal sitt staguni konsekuttivi spicca fit-tieni post.


Fil-31 ta'Dicembru 1998, kul min kellu ghal qalbu l-isports go Hal Kirkop, kulhadd hass ghafsa ta' qalb hekk kif thabbret il-mewt tal-Fundatur tal-klabb Clement Farrugia, fl-eta' ta'74 sena. Clement Farrugia ghandu jibqa fil-qalb ta' kull koppi ghaliex kieku ma kienx hu, fir-rahal taghna zgur li m'hawnx futbol.


Fl-2006 IL-klabb taghna ccelebra l-gheluq IL-hamsin sena minn mindu twaqqaf fejn nistghu nghidu li sar progress kbir fil-qasam tal-futbol f'Hal-Kirkop. Illum IL-gurnata l-klabb at Hal-Kirkop minkejja c-cokon tar-rahal ihaddan nursery li tikkompeti fil-livelli kollha minn sitt snin as sittax IL-sena biex ma ninsewx It team tal-Youths u dak tal-Kbar. Sena wara l-ohra IL-klabb qed jibni struttura apposta sabiex wiehed ikun jista' jilqa' l-isfidi kontinwa li niltaqghu maghhom matul l-istaguni.


Dan jawgura tajjeb ghall-futur fejn IL-klabb qed jibni l-pedamenti tieghu sabiex IL-quddiem nisperaw li jinqata' l-frott mixtieq. Inheggeg li minn jista' b'xi mod Jew iehor jixtieq jaghti l-kontribut tieghu, huwa milqugh fil-klabb taghna.

© 2011 Kirkop UTD FC
Our Sponsors... computek | powerade | eurosport | multigas | perit azzopardi woodworks | joe | cepsa | errea | clamus