Il-Bidu kien ezatt ma' tmiem
it-Tieni Gwerra Dinjija fejn is-servizzi Inglizi stazzjonaw
sew fl-inhawi vicin ta' Hal-Luqa u Hal-Safi, u wiehed seta'
jinnota l-facilitajiet sportivi li kellhom.
Kien
f'dan il-perjodu li s-Sur Clement Farrugia u huh Carmelo wettqu
l-ewwel pass fejn sforz l-interess taghhom irnexxielhom jigbru
grupp ta' zghazagh bit-tama li jwaqqfu ufficjalment l-ewwel
club. Fis-snin ta' wara l-gwerra t-team ftit kien fl-azzjoni
kompetittiva sakemm fuq inizjattiva tal-fundatur is-Sur Clement
Farrugia (ritratt), fl-1956 il-club gie affiljat mal-Malta
Amateur Football Association.
Fi tmiem is-sena 1956 giet
approvata mill-kunsill tal-M.F.A. l-affiljazzjoni ta' Kirkop
F.C. L-ewwel stagun kien dak 1957-58 fejn fl-ewwel stagun
fit-Tielet Divizjoni it-tim kiseb zewg rebhiet kontra Qrendi
F.C.(1-0) u kontra Zejtun Corinthians (2-0). It-tim spicca
f'nofs il-klassifika. Fiz-zewg staguni ta' wara il-pozizzjoni
tat-tim tjiebet hafna u fl-istagun 1961-62 minkejja li t-tim
kiseb 10 punti spicca f'decider ma St.John F.C. ghal min jitlef
postu fi hdan l-M.F.A. Kirkop tilfu l-partita deciziva bir-rizultat
li bejn l-istagun 1962-63 u l-istagun 1969-70 it-tim mill-gdid
ikkompeta fi hdan il-M.A.F.A. Kienu zminijiet fejn il-klabb
varja minn Kirkop Stars ghal Kirkop United F.C.
Hawnhekk wiehed irid isemmi
l-interess li kiber fi hdan il-youths fejn filwaqt li fl-istagun
1969-70 il-club rebah il-kampjonat tal-youths, fl-istagun
1971-72 spicca fit-tieni post wara Valletta Knights. Fl-istagun
1973-74 is-sezzjoni tal-youths giet merbuha b'mod inkoragganti
fejn it-tim tilef partita wahda biss.
Fl-istagun 1983-84 il-klabb
kiseb ghall-ewwel darba fl-istorja tieghu il-promozzjoni ghat-tieni
divizjoni fejn dam jikkompeti ghal-tliet staguni konsekuttivi
sal-istagun 1986-87 fejn f'dan l-istagun spicca relegat.
Fl-istagun 1989-90 it-tim
ta' Kirkop United F.C. rega rebah il-promozzjoni ghat-Tieni
Divizjoni fejn dan kien stagun memorabbli ghall-klabb taghna.
It-tim fil-kampjonat rebah tlettax il-loghba u tilef wahda,
rebah il-Mosta tournament, Dr.J.Mifsud Cup u sar Champion
tat-Tielet Divizjoni.
Fl-istagun 1991-92 it-tim
rega gie relegat ghat-Tielet divizjoni pero it-tim ma tantx
dam ma rega kiseb il-promozzjoni ghaliex fl-istagun 1992-93
it-tim rega gie promoss. Wara li t-tim rega gie relegat ghat-tielet
divizjoni, it-tim baqa dejjem kompetittiv u ghal sitt staguni
konsekuttivi spicca fit-tieni post.
Fil-31 ta'Dicembru 1998,
kul min kellu ghal qalbu l-isports go Hal Kirkop, kulhadd
hass ghafsa ta' qalb hekk kif thabbret il-mewt tal-Fundatur
tal-klabb Clement Farrugia, fl-eta' ta'74 sena. Clement Farrugia
ghandu jibqa fil-qalb ta' kull koppi ghaliex kieku ma kienx
hu, fir-rahal taghna zgur li m'hawnx futbol.
Fl-2006 IL-klabb taghna ccelebra
l-gheluq IL-hamsin sena minn mindu twaqqaf fejn nistghu nghidu
li sar progress kbir fil-qasam tal-futbol f'Hal-Kirkop. Illum
IL-gurnata l-klabb at Hal-Kirkop minkejja c-cokon tar-rahal
ihaddan nursery li tikkompeti fil-livelli kollha minn sitt
snin as sittax IL-sena biex ma ninsewx It team tal-Youths
u dak tal-Kbar. Sena wara l-ohra IL-klabb qed jibni struttura
apposta sabiex wiehed ikun jista' jilqa' l-isfidi kontinwa
li niltaqghu maghhom matul l-istaguni.
Dan jawgura tajjeb ghall-futur
fejn IL-klabb qed jibni l-pedamenti tieghu sabiex IL-quddiem
nisperaw li jinqata' l-frott mixtieq. Inheggeg li minn jista'
b'xi mod Jew iehor jixtieq jaghti l-kontribut tieghu, huwa
milqugh fil-klabb taghna.